Merħba (MT)

Is-Selfies Research Network hu grupp internazzjonali ta’ akademiċi li qed jistudjaw l-implikazzjonijiet soċjali u kulturali tas-selfie.  Il-membri tagħna jinkludu għalliema, studenti, artisti viżivi, ġurnalisti u oħrajn minn madwar id-dinja.  Il-proġetti tagħna jinkludu pubblikazzjonijiet, panels ta’ konferenzi, installazjonijiet ġo galleriji viżivi u riżorsi għall-għalliema li għandhom interess fil-politika u l-estetika tal-kultura tas-selfie.

L-aktar proġett riċenti tagħna hu klassi ta’ ħames ġimgħat li tinkludi sillabu u eżerċizzi ghal studenti tal-universita’ li qed jistudjaw is-selfies. F’settembru 2014 ser norganizzaw klassi online ma grupp żgħir ta’ studenti internazzjonali.

Il-grupp tagħna hu miftuh ghal għalliema minn kullimkien, ta’ kwalunkwe nazzjonalita’.  Jekk trid tgħin fit-traduzzjoni ta’ materjal mill-grupp tagħna għal lingwi oħrajn barra l-ingliż, ibagħtilna email jew ikkontribwixxi għal konverżazzjonijiet fuq Facebook.

The Selfies Research Network